.

Pollinatives – Flora Maltija għad-Dakkara

A promotional poster for the 'GROW 10 TREES' Project featuring hexagonal images of Maltese flora and references to local plant species important for pollinators, with details about participation in the initiative.

Flimkien ma’ The ‘GROW 10 TREES’ Project (G10T), qed inniehdu inizjattiva sabiex nippromwovu flora li b’mod speċjali hija importanti għal insetti dakkara li nsibu fil-Gżejjer Maltin, inkluż in-Naħla Maltija! Il-pjanti u żerriegħa f’dil-kampanja huma kollha ta’ stokk Malti u inġabru b’mod awtorizzat.

Kif tista’ tieħu sehem?

1) Ibgħat 𝗲𝗻𝘃𝗲𝗹𝗼𝗽 ‘𝘀𝗲𝗹𝗳 𝗮𝗱𝗱𝗿𝗲𝘀𝘀𝗲𝗱’ lil; 134, Flt 2, Tal-Mixura, Moroni Street, Sliema, SLM1211. Tinsiex tinkludi nota bil-kitba #POLLINATIVES. Ser tirċievi lura żerriegħa ta’ speċi lokali importanti għad-dakkara!

2) Agħmel 𝗸𝘂𝗻𝘁𝗮𝘁𝘁 ma’ G10T permezz ta’ messaġġ privat fuq Facebook, u għaddi wasla 𝘀𝗮𝗹-𝗺𝗶𝘅𝘁𝗹𝗮 tagħhom li tinsab; Dar tal-Kleru, Triq Anġlu Grima, Birkirkara (https://goo.gl/maps/Kn2Ma1z94CdSZEj59). Hemmek tista’ tixtri numru ta’ xtieli lokali. U tinsiex issemmi l-kampanja #POLLINATIVES!

Pjanti għall-Bejgħ >> https://sites.google.com/view/g10t/buy-saplings?authuser=0

Hawnhekk għandek issib istruzzjonijiet fuq kif għandek tħawwel iż-żerriegħa: https://sites.google.com/view/g10t/how-to-sow/general-sowing-tips?authuser=0

Dawn il-ġranet ta’ festi agħti rigal differenti, li jgħin ukoll lill-ambjent! Din l-inizjattiva tintemm nhar il-31 ta’ Jannar, 2023. Inħeggukom biex ma tħallux għall-aħħar!

Nirringrazzjaw mill-qalb lil G10T tal-kollaborazzjoni u l-għajnuna tagħhom!


The Grow 10 Trees Project


Discover more from Foundation for the Conservation of the Maltese Honey Bee

Subscribe to get the latest posts sent to your email.



Leave a Reply

Discover more from Foundation for the Conservation of the Maltese Honey Bee

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading