
Laqgħa bla ħlas imtella’ mill-Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija.
Wara s-suċċess tal-ewwel laqgħa, il-Fondazzjoni qed tistidinkom għat-tieni laqgħa minn sensiela ta’ laqgħat fil-komunità, il-kelliem tal-Fondazzjoni Dylan Farrugia, ser jiddiskuti x’qalulna n-naħħala Arnold Grech, Joseph Calleja, Michaelangelo Muscat, u Jorge Spiteri, u l-akkademiċi Prof. David Mifsud u Simone Cutajar fuq in-Naħla Maltija, l-Insett Nazzjonali.
F’din il-laqgħa ser niddiskutu:
➡ Il-qerda li jġib il-mard konsegwenza ta’ naħal tal-għasel barrani
➡ Vantaġġi evidenti fit-trobbija tan-Naħla Maltija
➡ L-effetti tat-taħlit fuq in-Naħla Maltija
➡ Sfidi oħrajn li qed tiffaċċja n-Naħla Maltija
➡ In-Naħla Maltija l-Insett Nazzjonali
Dettalji:
⦿ Il-Ġimgħa, 29 ta’ Novembru 2024, fil-17.30
⦿ Ċentru għall-Kultura, Edukazzjoni u Informazzjoni, Ġnien l-Istazzjon, Ħ’Attard
⦿ Te’, kafe, kejkijiet u pasti offruti waqt l-intermissjoni
⦿ Dawk preżenti ser jingħataw kartolini tal-Fondazzjoni, kif ukoll pakketti biż-żerriegħa ta’ flora Maltija tajba għan-naħal ġentilment mogħtijin mill-Grow 10 Trees Project.
IRREĠISTRA L-ATTENDENZA TIEGĦEK
Bis-sapport tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, Kunsill Lokali Swieqi u Kunsill Reġjonali Lvant.
Kunsens GDPR: Kull min jipparteċipa f’dan il-laqgħa, ikun qed awtomatikament jagħti l-kunsens tiegħu/tagħha li jiġi fotografat, u jista’ jidher f’reklami fuq il-midja soċjali relatati ma’ din l-istess laqgħa.
Rinunzja: Dan il-proġett ġie ffinanzjat mill-Iskema ta’ Appoġġ għall-Inizjattivi Żgħar (SIS), immexxija mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS). Dan il-proġett/pubblikazzjoni jirrifletti l-opinjonijiet tal-awtur biss, u l-MCVS ma jistax jinżamm responsabbli għall-kontenut jew kwalunkwe użu li jista’ jsir mill-informazzjoni li tinsab fih.


Leave a Reply