.

Insett Uniku: Ngħarblu x’Qalulna #1 Laqgħa

Close-up of a honeybee on a flower, highlighting its detailed features and texture, in a soft-focus background.

Laqgħa bla ħlas imtella’ mill-Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija.

Fl-ewwel minn sensiela ta’ laqgħat fil-komunità, il-kelliem tal-Fondazzjoni Dylan Farrugia, ser jiddiskuti x’qalulna n-naħħala Arnold GrechJoseph CallejaMichaelangelo Muscat, u Jorge Spiteri, u l-akkademiċi Prof. David Mifsud u Simone Cutajar fuq in-Naħla Maltija, l-Insett Nazzjonali.

F’din il-laqgħa ser niddiskutu:
➡ Ir-rabta ta’ Malta man-Naħla Maltija
➡ In-Naħla Maltija mogħnija b’karatteristici uniċi
➡ Veru li n-Naħla Maltija aggressiva?
➡ Spjega qasira fuq l-istruttura ta’ kaxxa tan-naħal
➡ In-Naħla Maltija l-Insett Nazzjonali

Dettalji:
⦿ It-Tnejn, 18 ta’ Novembru 2024, fis-18.00-20.00
⦿ Sala tal-Komunità, Kunsill Lokali Swieqi (8, Triq G.Bessiera, is-Swieqi)
⦿ Te’, kafe, kejkijiet u pasti offruti waqt l-intermissjoni
⦿ Dawk preżenti ser jingħataw kartolini tal-Fondazzjoni, kif ukoll pakketti biż-żerriegħa ta’ flora Maltija tajba għan-naħal ġentilment mogħtijin mill-Grow 10 Trees Project.

IRREĠISTRA L-ATTENDENZA TIEGĦEK

← Back

Thank you for your response. ✨

Bis-sapport tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-VolontarjatMinisteru għall-Inklużjoni u l-VolontarjatKunsill Lokali Swieqi u Kunsill Reġjonali Lvant.

Kunsens GDPR: Kull min jipparteċipa f’dan il-laqgħa, ikun qed awtomatikament jagħti l-kunsens tiegħu/tagħha li jiġi fotografat, u jista’ jidher f’reklami fuq il-midja soċjali relatati ma’ din l-istess laqgħa.

Rinunzja: Dan il-proġett ġie ffinanzjat mill-Iskema ta’ Appoġġ għall-Inizjattivi Żgħar (SIS), immexxija mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS). Dan il-proġett/pubblikazzjoni jirrifletti l-opinjonijiet tal-awtur biss, u l-MCVS ma jistax jinżamm responsabbli għall-kontenut jew kwalunkwe użu li jista’ jsir mill-informazzjoni li tinsab fih.


Discover more from Foundation for the Conservation of the Maltese Honey Bee

Subscribe to get the latest posts sent to your email.



Leave a Reply

Discover more from Foundation for the Conservation of the Maltese Honey Bee

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading