.

Kors fit-Trobbija u l-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija

A blurred background of bees on a honeycomb frame with an overlaid graphic of a graduation cap and bee inside a hexagon.

Il-Fondazzjoni qed toffri kors bl-isem Introduzzjoni fit-Trobbija u l-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija!

Dan il-kors se jkun programm ta’ 10 lezzjonijiet iddisinjat apposta għal dawk li jixtiequ jsiru naħħala. B’aktar minn 20 siegħa ta’ lezzjonijiet interattivi, il-kors se jipprepara lill-parteċipanti b’għarfien u ħiliet prattiċi meħtieġa biex jistabbilixxu u jmexxu kolonji tan-naħal b’mod responsabbli, waqt li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-dakkara nattivi ta’ Malta.

B’fokus fuq in-Naħla Maltija, il-parteċipanti se jesploraw fost oħrajn:

  • Bijoloġija u mġieba tan-naħal
  • Ġestjoni sostenibbli tal-kaxxi tal-għasel
  • Ġbir tal-għasel
  • Rekwiżiti legali fit-Trobbija f’Malta
  • Sfidi ambjentali ewlenin: e.g. l-użu tal-pesticidi, u bidla fil-klima

It-taħriġ prattiku huwa ċentrali għall-kors, b’sessjonijiet interattivi u żjarat gwidati f’miġbħa. Min jattendi għal mill-inqas 80% tas-sessjonijiet se jirċievi Ċertifikat ta’ Attendenza u l-opportunità li jingħaqad ma’ skemi esklussivi offruti mill-Fondazzjoni.

Il-kors mhux biss jgħallem it-trobbija tan-Naħla Maltija, iżda jsaħħaħ ukoll il-kuxjenza dwar l-importanza tal-konservazzjoni. It-trobbija u l-konservazzjoni għandhom imorru id f’id, biex jiżguraw li l-attivitajiet tat-trobbija jikkontribwixxu indirettament għall-protezzjoni tal-ekoloġija u l-ambjent lokali. Barra minn hekk, il-kors jinkoraġġixxi t-tranżizzjoni minn mentalità ekonomika lineari għal waħda ċirkolari, biex isostni s-sostenibbiltà tal-qasam apikulturali.

Id-dettalji kollha dwar il-kors huma pprovduti hawn taħt. Il-postijiet huma limitati biex tiġi żgurata esperjenza ta’ tagħlim ta’ kwalità għolja. Biex tirreżerva l-post tiegħek, segwi dawn l-istruzzjonijiet:

  1. Jekk jogħġbok, ibgħat il-ħlas ta’ €175 lil Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija
    • Benefiċjarju: FONDAZZJONI GHALL-KONSERVAZZJONI TAN-NAHLA MALTIJA
    • IBAN: MT44VALL22013000000050020135691
    • BIC: VALLMTMTXXX
    • Bank: Bank of Valletta
    • Nota: Riċevuta fiskali tiġi provduta fl-ewwel gurnata tal-kors. Il-ħlas mhux rimborsabbli jew trasferibbli.
  2. Wara li tkun għamilt il-ħlas, ibgħatilna email fuq info@maltesehoneybee.org b’din l-informazzjoni sabiex ikollna r-rekord u nkunu nistgħu noħorġu ic-Ċertifikat ta’ Attendenza tal-kors:
    • Isem sħiħ u kunjom
    • Indirizz elettroniku
    • Numru tat-telefon ċellulari
    • Numru tal-Karta tal-Identità

Informazzjoni dwar il-Kors

Titolu: Introduzzjoni fit-Trobbija u l-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija (Kors bil-Lingwa Maltija)
Tul: 10 Lezzjonijiet × 2 Sigħat kull wieħed (Totali: 20 Sigħat)
Ħlas: €175

Postijiet:

  • Lezzjonijiet 1–5 & 8–10 (Teorija): Online jew Valletta Design Cluster, Valletta
  • Lezzjonijiet 6 & 7 (Prattiku): Ġnien Alexander Ball, Ħal-Safi

Skeda:

  • Lezzjonijiet 1 u 2 (4 Sigħat): Sibt 28 ta’ Marzu 2026, 9:00–13:00
  • Lezzjonijiet 3 u 4 (4 Sigħat): Sibt 4 ta’ April 2026, 9:00–13:00
  • Lezzjoni 5 (2 Sigħat): L-Erbgħa 8 ta’ April 2026, 18:00–20:00
  • Lezzjoni 6 (Prattiku) Grupp A (2 Sigħat): Sibt 11 ta’ April 2026, 9:00–11:00
  • Lezzjoni 6 (Prattiku) Grupp B (2 Sigħat): Ħadd 12 ta’ April 2026, 9:00–11:00
  • Lezzjoni 8 (2 Sigħat): L-Erbgħa 15 ta’ April 2026, 18:00–20:00
  • Lezzjoni 7 (Prattiku) Grupp A (2 Sigħat): Sibt 25 ta’ April 2026, 9:00–11:00
  • Lezzjoni 7 (Prattiku) Grupp B (2 Sigħat): Ħadd 26 ta’ April 2026, 9:00–11:00
  • Lezzjonijiet 9 u 10 (4 Sigħat): Sibt 2 ta’ Mejju 2026, 9:00–13:00

N.B. Il-Prattiku Grupp B se jsir biss jekk in-numru ta’ bookings jaqbeż l-10 studenti.


X’Jinkludi
  • Ċertifikat ta’ Attendenza (min jattendi mill-inqas 80% tas-sessjonijiet)
  • Aċċess dirett għall-iskema “Kustodji tal-Insett Nazzjonali” bħala Gwardjan tal-Insett Nazzjonali (naħħal)
  • Opportunitajiet biex tingħaqad ma’ skemi offruti mill-Fondazzjoni

Daqs tal-Grupp:

  • Minimu: 10 parteċipanti
  • Massimu: 20 parteċipant

Meta jkun hemm aktar minn 10 studenti, is-sessjoni tal-prattika tiġi maqsuma f’żewġ gruppi (A & B) b’massimu ta’ 10 studenti kull wieħed.


Għan tal-Kors

Dan il-kors huwa ideali għal dawk li jrabbu n-naħal (kemm dawk b’esperjenza kif ukoll dawk aspiranti), konservazzjonisti, edukaturi, u dilettanti tan-natura li jixtiequ jappoġġjaw il-bijodiversità nattiva ta’ Malta. Jilqa’ wkoll bdiewa, ġardinara, u xjenzati ċittadini interessati fi prattiki li ma jagħmlux ħsara lid-dakkara u lil kull min hu passjonat li jsir Gwardjan tal-Insett Nazzjonali billi jgħin fil-protezzjoni u ż-żamma tan-Naħla Maltija

Lingwa: Malti


Pjan tal-Lezzjonijiet (2 Sigħat kull wieħed)

Lezzjoni 1: Introduzzjoni ta’ Trobbija f’Malta

  • Introduzzjoni għall-kors
  • Storja tat-trobbija f’Malta
  • Introduzzjoni tan-Naħla Maltija (Apis mellifera ruttneri)
  • Għodod bażiċi u terminoloġija
  • Qafas legali u regolamenti relevanti

Lezzjoni 2: In-Naħla Maltija

  • Anatomija tan-naħla u rwoli fil-kolonja: rġiel, regina, u ħaddiema
  • Mġiba tan-naħla u komunikazzjoni (eż. waggle dance)
  • Ċiklu tal-ħajja u bijoloġija riproduttiva
  • Karatteristiċi uniċi u adattamenti tas-sottospeci Maltija

Lezzjoni 3: Konservazzjoni tan-Naħla Maltija

  • Valur ekoloġiku tad-dakkara indiġeni
  • Theddid prinċipali: ibridizzazzjoni, pesticidi, telf ta’ habitat, bidla fil-klima
  • Introduzzjoni għall-ittestjar ġenetiku u verifika tas-sottospeci
  • Inizjattiva Insett Nazzjonali u protezzjonijiet legali
  • Rwol tal-kustodji tal-Insett Nazzjonali
  • Rwol tat-trobbija fil-konservazzjoni tal-bijodiversità

Lezzjoni 4: Tagħmir u Ġestjoni tal-Kaxxi tan-Naħal

  • Tagħmir u Ġestjoni tal-Kaxxi tan-Naħal
  • Użu prattiku tal-għodod u l-minfaħ
  • Ġestjoni tas-sigurtà u protezzjoni personali
  • L-Istabbiliment ta’ miġbħa: għażla ta’ post u preparazzjoni
  • Prattiċi stagjonali
  • Immaniġġjar tax-xehda, l-ispazju tan-naħal, u s-supers tal-għasel

Lezzjoni 5: Twaqqif u Żamma ta’ Kolonja tan-Naħla Maltija

  • L-akkwist tan-naħal: qbid ta’ ferh, qsim, u akkwist ta’ kolonji tan-nukleu (nucs)
  • Introduzzjoni u monitoraġġ tal-irġejjen; valutazzjoni tas-saħħa tal-kolonja u l-importanza taż-żamma tar-rekords
  • Ħtiġijiet ta’ ikel supplimentari
  • Sanitazzjoni prattika u prevenzjoni ta’ mard
  • Spezzjoni tan-naħal

Lezzjoni 6: Żjara f’Miġbħa I – Maniġġjar u Żamma

  • Żjara gwidata f’miġbħa
  • Dimostrazzjoni ta’ spezzjoni
  • Identifikazzjoni ta’ duqqajs, pollen u għasel
  • Prattika taħt superviżjoni

Lezzjoni 7: Żjara f’Miġbħa II – Valutazzjoni tal-Kolonja

  • Rekords
  • Osservazzjoni ta’ saħħa jew stress tal-kolonja
  • Pesti u mard
  • Trattament għal mard komuni
  • Enfasi fuq sigurtà, rispett u maniġġjar etiku
  • Prodotti tan-naħal

Lezzjoni 8: Saħħa tan-Naħla u Ġestjoni tal-Mard

  • Identifikazzjoni ta’ sintomi ta’ mard komuni (Varroa, Foulbrood)
  • Strateġiji ta’ Integrated Pest Management (IPM)
  • Metodi ta’ trattament approvati u protokolli ta’ igjene
  • Reġistrazzjoni tal-Kolonji

Lezzjoni 9: Ġbir tal-Għasel u Prattiċi Sostenibbli

  • Metodi ta’ ġbir tal-għasel u prodotti oħra
  • Tipi ta’ għasel u varjazzjoni skont il-flora u l-istaġuni
  • Proċessar, filtrazzjoni u ħażna sikura
  • Rekwiżiti għall-labeling u swieq lokali

Lezzjoni 10: Konservazzjoni fil-Prattika

  • Ħolqien ta’ ambjenti favorabbli għad-dakkara
  • Rwol ta’ koriduri ħodor u flora indiġena
  • Żvilupp ta’ pjan ta’ azzjoni ta’ konservazzjoni bħala naħħal
  • Parteċipazzjoni f’citizen science u monitoraġġ tad-dakkara
  • Konnessjonijiet ma’ inizjattivi lokali u internazzjonali
  • Kliem ta’ konklużjoni

Course in Beekeeping & Conservation of the Maltese Honey Bee


Discover more from Foundation for the Conservation of the Maltese Honey Bee

Subscribe to get the latest posts sent to your email.



Leave a Reply

Discover more from Foundation for the Conservation of the Maltese Honey Bee

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading