
Għat-tieni darba dis-sena, il-𝘍𝘰𝘯𝘥𝘢𝘻𝘻𝘫𝘰𝘯𝘪 ser tkun qed tipparteċipa permezz ta’ 𝘴𝘵𝘢𝘯𝘥 f’festival lokali! Din id-darba ġejna mistiedna għall-Festa Ikel Malti 2025, organizzata mill-Malta Food Agency! Festa Ikel Malti ser titella’ għada l-Ħadd 12 t’Ottubru mill-10am ‘il quddiem, fil-Pitkalija Ta’ Qali, limiti ta’ Ħ’Attard.
Permezz tal-istand armata, ser inkunu qed nippromwovu n-Naħla Maltija, l-Insett Nazzjonali ta’ Malta! Fuq l-istand ser ikollna:
- Għasel tar-Rebbiegħa mill-kollezzjoni ta’ Katerina
- Labar bil-logo tal-Fondazzjoni
- Kartolini u posters bl-inizjattivi tal-Fondazzjoni
- Muniti kommemorattivi maħruga mill-Bank Ċentrali ta’ Malta bin-Naħla Maltija
- Tikseb informazzjoni fuq il-Kors fit-Trobbija tan-Naħal organizzat mill-Fondazzjoni f’Novembru li ġej
- Għat-tfal, karti tat-tpinġija bin-Naħla Katerina u sħaba l-Insetti Nazzjonali, u ‘stickers’ ta’ Katerina!
Nistiednu lil kulħadd jgħaddi sa ħdejna, u jkellimna!
Kull qliegħ imur għall-aktar ħidma favur in-Naħla Maltija, li sfortunatment tinsab fix-xifer jekk ma ma jkunx hemm azzjoni; llum qabel għada!
Il-Fondazzjoni tixtieq tirringrazzja lil Malta Food Agency tal-istedina tagħhom!









To stay up to date with the Foundation’s work, we warmly invite you to join our WhatsApp community. The smooth functioning of our organisation relies on financial resources, and your support is essential. Every contribution, no matter the size, makes a real difference in advancing our mission. You can help by joining the Foundation’s cause, become a supporter for just €10 a year or make a donation here: Support the Foundation.



Leave a Reply