.

Nases fis-Suq li Mhumiex Magħmula għall-Bagħal taż-Żunżan

Close-up image of an Oriental hornet (Vespa orientalis), showcasing its distinctive features including yellow and brown coloration, large eyes, and prominent mandibles.

• Il-Bagħal taż-Żunżan (𝘝𝘦𝘴𝘱𝘢 𝘰𝘳𝘪𝘦𝘯𝘵𝘢𝘭𝘪𝘴) huwa speċi indiġena għall-gżejjer Maltin.
• Dan l-aħħar snin, speċjalment is-sajf li għadda (2022), rajna żieda qawwija fil-popolazzjoni tagħhom.
• Dan wassal sabiex din l-ispeċi issir problematika u tkun ta’ theddida għan-Naħla tal-għasel Maltija, l-apikultura lokali u il-pubbliku.
• Issa li l-istaġun sajfi hu magħna, nistennew li nerġgħu nibdew naraw dan l-insett.

𝗫’𝘀𝗮𝗿 𝗯𝗶𝗲𝘅 𝘁𝗶𝘀𝘀𝗼𝗹𝘃𝗮 𝗱𝗶𝗻 𝗶𝗹-𝗽𝗿𝗼𝗯𝗹𝗲𝗺𝗮?

➡ Il-Ministeru għal Agrikoltura organizza laqgħat dwar dan l-insett man-naħħala, kif ukoll anke intbagħat fuljett informattiv. Inħarġu ukoll applikazzjoni għal fondi biex in-naħħala jkunu jistgħu jixtru nases kontra il-Bagħal taż-żunżan. Madankollu għalkemm għaddew xhur, ninsabu informati li s’issa ħadd għadu ma rċieva l-fondi.

⦿ Nawguraw li permezz ta’ dawn il-miżuri l-problema ser titaffa. Fiċ-ċirkustanzi, nibqgħu insostnu u nappellaw għal miżuri iktar olistiċi sabiex tissolva din l-isfida u oħrajn li jikkaratterizzaw dan is-settur. It-trasparenza u l-kooperazzjoni huma u jibqgħu elementi essenzjali!

⚫ Nixtiequ wkoll niġbdu l-attenzjoni li qed jinbiegħu nases fis-suq li mhumiex magħmula għall-Bagħal taż-żunżan, iżda għal speċi ta’ żnażan oħrajn, dan wara ilmenti li irċivejna mingħand segwaċi tagħna. Dawn in-nases hemm ċans kbir li ma jkunux effettivi. Għaldaqstant nistiednu lilkom il-konsumaturi toqgħodu attenti meta tkunu qed tixtru nases kummerċjali, u tivverifikaw li dawn huma tajbin kontra l-Bagħal taż-Żunżan (Oriental Hornet jew 𝘝𝘦𝘴𝘱𝘢 𝘰𝘳𝘪𝘦𝘯𝘵𝘢𝘭𝘪𝘴).


Discover more from Foundation for the Conservation of the Maltese Honey Bee

Subscribe to get the latest posts sent to your email.



Something went wrong. Please refresh the page and/or try again.

2 responses to “Nases fis-Suq li Mhumiex Magħmula għall-Bagħal taż-Żunżan”

  1. Catherine Formosa avatar
    Catherine Formosa

    Fejn incemplu jekk ikollna jew naraw minnhom?

    Jekk jinsabu nazzez ghalihom minn fejn nixtruhom?

    1. Hi Catherine,
      Bi pjaċir inħabbru li l-Fondazzjoni għamlet arranġament ma’ ‘The Exterminator Pest Control’, kumpanija rinomata fil-kontroll tal-pesti, għal bejgħ ta’ nases u tneħħija ta’ bejtiet tal-Bagħal taż-żunżan.

      Il-Kumpanija qiegħda toffri skont ta’ 5% lis-segwaċi tagħna meta jsir:

      – Xiri ta’ nases mis-sit elettroniku tagħhom billi tuża l-kodiċi NAHLA5% waqt iċ-checkout.
      – Servizz ta’ tneħħija ta’ bejtiet billi timtela l-forma t’hawn isfel.

      https://nahlamaltija.org/nases-u-tnehhija-tal-bejtiet-tal-baghal-taz-zunzan/

Leave a Reply

Discover more from Foundation for the Conservation of the Maltese Honey Bee

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading