.

L-Importanza tal-Ħaxix Selvaġġ

A bee hive situated among yellow wildflowers, with bees flying near the entrance.

L-importanza tal-ħaxix selvaġġ dal-aħħar ingħata prominenza fuq diversi midja. Dawn il-publikazzjonijiet ikomplu jidhwu l-appelli tagħna sabiex ma jibqax jinqata’ ħaxix selvaġġ minħabba l-importanza tiegħu għal 𝐛𝐢𝐣𝐨𝐝𝐢𝐯𝐞𝐫𝐬𝐢𝐭𝐚̀ u l-𝐟𝐚𝐮𝐧𝐚 li ssostni ruħha fuqu.

𝐏𝐮𝐧𝐭𝐢 𝐞𝐰𝐥𝐞𝐧𝐢𝐧 𝐦𝐢𝐧𝐧 𝐝𝐚𝐰𝐧 𝐢𝐥-𝐩𝐮𝐛𝐥𝐢𝐤𝐚𝐳𝐳𝐣𝐨𝐧𝐢𝐣𝐢𝐞𝐭:
⦿ “[…] 𝘓-𝘢𝘣𝘪𝘵𝘢𝘵 𝘮𝘢𝘭-𝘨̇𝘯𝘶𝘣 𝘵𝘢𝘵-𝘵𝘰𝘳𝘰𝘲 𝘫𝘪𝘱𝘱𝘳𝘰𝘷𝘥𝘶 𝘳𝘪𝘻̇𝘰𝘳𝘴𝘪 𝘪𝘮𝘱𝘰𝘳𝘵𝘢𝘯𝘵𝘪 𝘵𝘢𝘭-𝘧𝘫𝘶𝘳𝘪 […]”
⦿ “𝘐𝘭-𝘱𝘫𝘢𝘯𝘵𝘪 𝘭𝘪 𝘫𝘪𝘯𝘴𝘵𝘢𝘣𝘶 𝘮𝘢𝘭-𝘨̇𝘯𝘶𝘣 𝘵𝘢𝘵-𝘵𝘰𝘳𝘰𝘲 𝘫𝘪𝘯𝘬𝘭𝘶𝘥𝘶 𝘧𝘪𝘳𝘹𝘢 𝘳𝘪𝘬𝘬𝘢 𝘶 𝘥𝘪𝘷𝘦𝘳𝘴𝘢 𝘵𝘢’ 𝘴𝘱𝘦𝘤̇𝘪 𝘪𝘯𝘥𝘪𝘨̇𝘦𝘯𝘪 𝘶 𝘦𝘯𝘥𝘦𝘮𝘪𝘤̇𝘪.”
⦿ “𝘏𝘦𝘮𝘮 𝘬𝘸𝘢𝘻̇𝘪 200 𝘴𝘱𝘦𝘤̇𝘪 [𝘵𝘢’ 𝘱𝘫𝘢𝘯𝘵𝘪] 𝘭𝘪 𝘫𝘪𝘴𝘵𝘨ħ𝘶 𝘫𝘪𝘬𝘣𝘳𝘶 𝘮𝘢𝘭-𝘨̇𝘯𝘶𝘣 𝘵𝘢𝘵-𝘵𝘰𝘳𝘰𝘲 𝘶, 𝘮𝘪𝘯𝘣𝘢𝘳𝘳𝘢 𝘭𝘪 𝘩𝘶𝘮𝘢 𝘳𝘦𝘱𝘰𝘻̇𝘪𝘵𝘰𝘳𝘫𝘶 𝘨ħ𝘢𝘥-𝘥𝘪𝘷𝘦𝘳𝘴𝘪𝘵𝘢̀ […], 𝘪𝘭-𝘧𝘫𝘶𝘳𝘪 𝘫𝘪𝘨̇𝘣𝘥𝘶 𝘥𝘪𝘷𝘦𝘳𝘴𝘪 𝘪𝘯𝘴𝘦𝘵𝘵𝘪 𝘥𝘢𝘬𝘬𝘢𝘳𝘢, 𝘶 𝘫𝘪𝘱𝘱𝘳𝘰𝘷𝘥𝘶𝘭𝘩𝘰𝘮 𝘴𝘰𝘳𝘴 𝘦𝘴𝘴𝘦𝘯𝘻𝘫𝘢𝘭𝘪 𝘵𝘢’ 𝘪𝘬𝘦𝘭 𝘶 𝘬𝘦𝘯𝘯.”
⦿ “[…] 𝘐𝘭-𝘷𝘦𝘨̇𝘦𝘵𝘢𝘻𝘻𝘫𝘰𝘯𝘪 𝘮𝘢𝘭-𝘨̇𝘦𝘯𝘣 𝘵𝘢𝘵-𝘵𝘳𝘪𝘲 𝘬𝘰𝘮𝘱𝘭𝘪𝘦𝘵 𝘵𝘪𝘱𝘱𝘳𝘰𝘷𝘥𝘪 𝘳𝘪𝘻̇𝘰𝘳𝘴𝘪 𝘵𝘢𝘭-𝘧𝘫𝘶𝘳𝘪 𝘢𝘯𝘬𝘦 𝘸𝘢𝘳𝘢 𝘭-ħ𝘴𝘢𝘥 𝘧𝘭-𝘨ħ𝘦𝘭𝘪𝘦𝘲𝘪 𝘢𝘨𝘳𝘪𝘬𝘰𝘭𝘪 𝘧𝘪𝘭-𝘣𝘪𝘥𝘶 𝘵𝘢𝘭-𝘪𝘴𝘵𝘢𝘨̇𝘶𝘯 𝘹𝘰𝘵𝘵 [..]”
⦿ “[..] 𝘐𝘭-𝘨̇𝘦𝘴𝘵𝘫𝘰𝘯𝘪 𝘵𝘢𝘭-𝘢𝘣𝘪𝘵𝘢𝘵𝘪 𝘮𝘢𝘭-𝘨̇𝘯𝘶𝘣 𝘵𝘢𝘵-𝘵𝘰𝘳𝘰𝘲 𝘣𝘪𝘦𝘹 𝘵𝘪𝘨̇𝘪 𝘻̇𝘨𝘶𝘳𝘢𝘵𝘢 𝘭-𝘱𝘳𝘦𝘴𝘦𝘯𝘻𝘢 𝘵𝘢𝘨ħ𝘩𝘰𝘮 𝘧𝘪𝘭-𝘱𝘢𝘫𝘴𝘢𝘨̇𝘨̇ 𝘵𝘸𝘢𝘴𝘴𝘢𝘭 𝘨ħ𝘢𝘭 𝘣𝘦𝘯𝘦𝘧𝘪𝘤̇𝘤̇𝘫𝘪 𝘭𝘪𝘯-𝘯𝘢ħ𝘢𝘭 […]”

𝐏𝐮𝐧𝐭𝐢 𝐚𝐝𝐝𝐢𝐳𝐣𝐨𝐧𝐚𝐥𝐢:
• Ta’ min nibdew inħarsu lejn miżuri li jissostitwixxi siġar u pjanti li jintużaw għal tisbiħ u ġonna li jirrikjedu ħafna manutenzjoni, b’oħrajn indiġeni u endemiċi għaliex dawn jirrikjedu inqas riżorsi biex jinżammu, u għaldaqstant huma iktar sostenibbli.
• Miżuri li jwasslu għal żidiet bl-addoċċ fil-kolonji tan-Naħal tal-għasel barrani, ser ikomplu jdgħajfu n-Naħla Maltija minħabba proċessi ta’ taħlit (𝘩𝘺𝘣𝘳𝘪𝘥𝘪𝘴𝘢𝘵𝘪𝘰𝘯). Dawn iż-żidiet ser ikunu ta’ detriment kbir għal naħal selvaġġ ieħor ukoll!

𝐒𝐨𝐫𝐬𝐢:

Artiklu ppublikat fuq it-Times of Malta, miktub minn grupp ta’ gradwati fil-Bioloġija (Martina Busuttil, Leanne Camilleri, Justin Cauchi and Reeya Ghose Roy) taħt is-superviżjoni ta’ Prof Sandro Lanfranco, Kap tad-Dipartiment tal-Bioloġija fl-Università ta’ Malta.
https://timesofmalta.com/articles/view/hidden-treasure-malta-s-roadside-flora.1026808?utm_medium=Social&utm_source=Facebook&fbclid=IwAR0-xAda86jex4ioffeZT9VvuNRKUFZYiJf6zAGcWBs7xBa3YrD-ylT-H_s#Echobox=1682319427

Karta Xjentifika ppublikata fuq il-ġurnal xjentifiku Malti Xjenza Online, miktuba minn Dr Mario Balzan, Lettur fil- Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza, u Teknoloġija, u Leticia De Santis.
https://www.xjenza.org/Impacts-of-local-and-landscape-habitat-variables-and-honeybee-visitation-on-wild-bee-diversity-in-the-Maltese-Islands-_P_107.html

Retention of Wild Vegetation Along Rural Pathways


Discover more from Foundation for the Conservation of the Maltese Honey Bee

Subscribe to get the latest posts sent to your email.



Leave a Reply

Discover more from Foundation for the Conservation of the Maltese Honey Bee

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading