.

Il-KNM Tiltaqa’ maċ-Chairperson tal-ADPD, Sandra Gauci

A man in a black t-shirt and a woman in a yellow dress are sitting at a table in a brightly lit indoor space with blue chairs, discussing in a casual setting.

Ilbieraħ id-19 ta’ Ġunju 2023, iltqajna maċ-Chairperson tal-ADPD, Sandra Gauci, sabiex niddiskutu is-sitwazzjoni tal-apikultura fil-gżejjer Maltin, u l-istatus ta’ protezzjoni li jeħtieġ li nagħtu lin-Naħla Maltija jekk verament għandna l-wirt naturali Malti għal qalbna. Il-politika hija għodda essenzjali biex iġġib bidla pożittiva li tkun ta’ benefiċċju għal kulħadd.

Nemmnu bis-sħiħ li t-trasparenza, id-djalogu u l-kooperazzjoni bejn individiwi u għaqdiet huma prirekwiżiti importanti jekk irridu dan is-settur jieħu spinta ‘il quddiem! Bħala Fondazzjoni li qegħdin naħdmu favur il-konservazzjoni tan-Naħla Maltija, ser nibqgħu insejsu l-ħidma tagħna fuq dawn il-valuri, għal ġid komuni!



Something went wrong. Please refresh the page and/or try again.

Leave a Reply

Discover more from Foundation for the Conservation of the Maltese Honey Bee

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading