
Il-Fondazzjoni tixtieq tirrangrazzja lil dawk kollha li attendew dawn il-laqgħat, kemm fil-Valletta Design Cluster kif ukoll fuq Youtube Live. Għal dawk li ma setgħux ikunu magħna, tistgħu ssegwu mill-ġdid dawn il-laqgħat fuq il-Youtube Channel tal-Fondazzjoni.






Il-Fondazzjoni tistiednek għas-sensiela ta’ tlett laqgħat ‘Insett Uniku: Ngħarblu X’Qalulna‘. Il-kelliem tal-Fondazzjoni Dylan Farrugia, ser jiddiskuti x’qalulna n-naħħala Arnold Grech, Joseph Calleja, Michaelangelo Muscat, u Jorge Spiteri, u l-akkademiċi Prof. David Mifsud u Simone Cutajar fuq in-Naħla Maltija, l-Insett Nazzjonali. Is-suġġetti li ser jiġu diskussi f’dawn il-laqgħat huma dawn li ġejjin:
Laqgħa #1
➡ Ir-rabta ta’ Malta man-Naħla Maltija
➡ In-Naħla Maltija mogħnija b’karatteristici uniċi
➡ Veru li n-Naħla Maltija aggressiva?
➡ Spjega qasira fuq l-istruttura ta’ kaxxa tan-naħal
➡ In-Naħla Maltija l-Insett Nazzjonali
Laqgħa #2
➡ Il-qerda li jġib il-mard konsegwenza ta’ naħal tal-għasel barrani
➡ Vantaġġi evidenti fit-trobbija tan-Naħla Maltij
➡ L-effetti tat-taħlit fuq in-Naħla Maltij
➡ Sfidi oħrajn li qed tiffaċċja n-Naħla Maltija
➡ In-Naħla Maltija l-Insett Nazzjonali
Laqgħa #3
➡ Ix-xjenza għodda li tgħina niskopru iktar in-Naħla Maltija
➡ L-armonija meħtieġa bejn in-Naħla Maltija, in-naħħal u l-ambjent
➡ Passi meħtieġa lejn bijodiversità mħarsa u apikultura sostenibbli
➡ Naħla Maltija verament imħarsa olistikament
➡ In-Naħla Maltija l-Insett Nazzjonali
NOTA: Il-Fondazzjoni ser ikollha għal bejgħ/ġbir Figollini speċjali magħmula f’kollaborazzjoni ma’ Ta’ Marjolina.
Dettalji:
Meta?
⦿ Is-Sibt, 28 ta’ Marzu, mill-16.30 sas-18.00
⦿ Is-Sibt, 4 t’ April, mill-16.30 sas-18.00
⦿ Is-Sibt, 25 t’ April, mill-10.00 sas-11.30
Fejn?
⦿ Valletta Design Cluster, Valletta
Kunsens GDPR: Kull min jipparteċipa f’dan il-laqgħa, ikun qed awtomatikament jagħti l-kunsens tiegħu/tagħha li jiġi fotografat, u jista’ jidher f’reklami fuq il-midja soċjali relatati ma’ din l-istess laqgħa.
IRREĠISTRA L-ATTENDENZA TIEGĦEK!
To stay up to date with the Foundation’s work, we warmly invite you to join our WhatsApp community. The smooth functioning of our organisation relies on financial resources, and your support is essential. Every contribution, no matter the size, makes a real difference in advancing our mission. You can help by joining the Foundation’s cause, become a supporter for just €10 a year or make a donation here: Support the Foundation.






Leave a Reply