.

Kampjuni ta’ Bagħal taż-Żunżan li għandhom madwar 70 Sena!

Immaġġ ta' Bagħal taż-Żunżan (_Vespa orientalis_) maqbuda fil-1950s, bil-ġwienaħ u l-korp viżibbli fuq sfond abjad.

Qegħdin tgħarrfuhom ħbieb?

Dawn il-kampjuni ta’ Bagħal taż-Żunżan (Vespa orientalis) ġew maqbuda fin-1950s u allura għandhom madwar 70 sena! Huma parti mill-kollezzjoni li tinsab fil-Mużew tal-Istorja Naturali, fl-Imdina (NB: dawn l-eżebiti preżentament mhumiex għall-wiri pubbliku).

Il-Bagħal taż-Żunżan huwa insett indiġenu. Madankollu, iż-żieda allarmanti fin-numri tiegħu f’dawn l-aħħar snin qed issarraf f’qerda sħieħa fis-settur apikulturali Malti, u konsegwentament in-Naħla Maltija 🇲🇹.

Tixtieq issir taf aktar fuq din il-problema? Idħol fuq din il-ħolqa għal aktar informazzjoni: https://maltesehoneybee.org/2022/07/25/nahla-maltija-vs-baghal-taz-zunzan-ikseb-il-fatti/

Iffirmajta l-petizzjoni? Aċċessa din il-ħolqa, u semma’ leħnek: https://chng.it/mzSdPhLr

Nistidnukom tgħaddu wasla sal-Mużew Nazzjonali ta’ l-Istorja Naturali li jinsab fl-Imdina, sabiex taraw il-kollezzjoni vasta ta’ fawna Maltija eżebiti!

Nirringrazzjaw lill-Mużew Nazzjonali ta’ l-Istorja Naturali li ġentilment provdewlna r-ritratti mehmuża.


Discover more from Foundation for the Conservation of the Maltese Honey Bee

Subscribe to get the latest posts sent to your email.



Leave a Reply

Discover more from Foundation for the Conservation of the Maltese Honey Bee

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading