.

Tkattir tal-Irġejjen tan-Naħla Maltija!

Ministri Clint Camilleri jinteraċċa ma' persuni f'sit pubbliku, żejjed bit-tul ta' xewk u arbuxxelli, filwaqt li jindika prodott.

Nawguraw kull suċċess lill-proġett “𝘍𝘪𝘦𝘭𝘥𝘴 𝘰𝘧 𝘋𝘪𝘷𝘦𝘳𝘴𝘪𝘵𝘺” li fost l-iskopijiet tiegħu għandu t-tkattir tal-irġejjen tan-Naħla Maltija! Dan il-proġett ġie varat aktar kmieni dan ix-xahar mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.

Għalkemm nemmnu bis-sħiħ u nagħtu kull appoġġ lilll-inizjattiviti bħal dawn b’riżq il-konservazzjoni tan-Naħla Maltija li hi sottospeċi endemika, nemmnu li jista’ jsir ħafna iktar.

Sfortunatament naraw diversi inizjattivi iżolati li fit-tul ma jwasslu imkien. Nappellaw sabiex tiġi indirizzata minnufih kull sors ta’ kontaminazzjoni tal-ġenetika, fi kliem ieħor naħal tal-għasel impurtat minn barra!

Nappellaw ukoll għal 𝗸𝗼𝗼𝗽𝗲𝗿𝗮𝘇𝘇𝗷𝗼𝗻𝗶 bejn l-entitajiet governattivi u l-għaqdiet volontarji kollha f’dan is-settur, biex jgħaqqdu r-riżorsi tagħhom u jiċċentralizzaw kull sforz lejn il-konservazzjoni tan-Naħla Maltija. B’mod 𝗸𝗼𝗹𝗹𝗲𝘁𝘁𝗶𝘃 irridu nkomplu nibnu fuq it-tajjeb ta’ xulxin! Flimkien biss naslu!

B’dan il-mod biss jista’ proġetti bħal l-imsemmi jħallu impatt dejjiemi, u jwasslu għal apikultura verament sostenibbli!

–

Sors informazzjoni: https://www.independent.com.mt/articles/2023-05-10/local-news/Gozo-Ministry-launches-project-to-protect-indigenous-trees-and-bees-6736251761?fbclid=IwAR0TIFtrkyQeSgjxFIB0Vqju6kzbQ9aWI-jvuONtdtlll8mTnbpjuOOy5UE

Sors ritratt: https://gozo.news/103650/gozo-project-launched-to-increase-population-of-the-maltese-queen-bee/


Discover more from Foundation for the Conservation of the Maltese Honey Bee

Subscribe to get the latest posts sent to your email.



Leave a Reply

Discover more from Foundation for the Conservation of the Maltese Honey Bee

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading