
Matul is-sena 2022, il-problema tal-Bagħal taż-Żunżan ħadet xejra għal agħar, bin-naħħala jirrapurtaw telf sostanzjali ta’ naħal fis-Sajf 2022. Bħala organizzazzjoni pprovdejna informazzjoni dwar il-Bagħal taż-Żunżan (Vespa orientalis), kif ukoll ġibna ritratti ta’ kampjuni antiki ta’ dan l-insett mill-Mużew Nazzjonali ta’ l-Istorja Naturali (Imdina). Ħloqna wkoll lista prattika ta’ mitigazzjonijiet għan-naħħala li kienu qed iħabbtu wiċċhom ma’ din il-problema. F’Awwissu 2022 bgħattna wkoll ittra miftuħa lill ERA u l-Ministri konċernati ngħarrfuhom b’din il-problema li qed taffetwa ħazin ħafna lis-settur apikulturali Malti, u n-Naħla Maltija. Ħloqna wkoll petizzjoni sabiex niġbru l-appoġġ tal-pubbliku sabiex tittieħed azzjoni mill-aktar fis possibli. Il-karba tan-naħħala u l-inizjattivi li bħala organizzazzjoni nedejna dwar il-problema ma waqgħux fuq widnejn torox! F’Novemberu 2022, l-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali, Onor. Anton Refalo ħabbar pjanijiet sabiex minn Frar 2023, tiġi kkontrollata l-problema tal-Bagħal taż-Żunżan. Fl-istess xahar il-ministru ta’ iktar informazzjoni rigward il-pjan ta’ azzjoni.
Iktar Informazzjoni












You must be logged in to post a comment.